Għidha bil-Malti

is creating informative notes and awareness about the Maltese language.

Select a membership level

QALB TAJBA

reward item
reward item
$3
per month
Għotja ta' 2 euro biex tgħinna nżommu kollox fuq saqajh.
  • Donazzjoni

QALB TAD-DEHEB

reward item
reward item
$6.50
per month
Tista' tissugerixxi post li tixtieq tara fil-futur! Intellgħuha fid-darba li jkun imissha, skont il-lista ta' min jissugerixxi l-ewwel.
  • Donazzjoni

0

patrons

$0

per month

About Għidha bil-Malti

Dawn min jaħbtu ta' Għidha bil-Malti?

Aħna żewġ aħwa li twelidna u kbirna l-Fgura, Reuben u Audrienne Degiorgio.

U Għidha bil-Malti x'inhi eżatt?

Għidha bil-Malti hija l-inizjattiva li ħadna (f'għamla ta' noti qosra fuq FacebookInstagram u s-sit web) biex il-Maltin iħaddmu tajjeb, jiktbu tajjeb u jġibu rispett lil ilsien pajjiżhom. Hija ħaġa traġika ħafna li fl-2021 għad hemm bżonn dawn it-tip ta' inizjattivi, imma r-realtà hi dik li hi. L-għan ewlieni hu li niġġieldu l-mentalità falza (iżda persistenti) li l-Malti fqir u mhux importanti... sempliċement għax mhux l-Ingliż. Daż-żmien, ħafna saru wkoll jkellmu lil uliedhom bl-Ingliż biss, jew taħlita żbaljata ta' Maltingliż, u dan qed ikompli jgħaddas 'l isfel il-ħakma ta' Malti idjomatiku. Inħossu li għandna nqajmu kuxjenza u nrawmu fil-Maltin sens ta' kburija bl-identità lingwistika tagħhom.

Dan il-Patreon x'inhu?

Patreon huwa pjattaforma fejn dak li jkun jappoġġa finanzjarjament lill-artisti u l-kreaturi ta' kontenut fuq l-internet. Qisu crowdfunding, iżda b'abbonament fix-xahar flok fis-sena. Dan l-abbonament ma jorbtokx, u tista' twaqqfu u terġa' tibdieh meta trid.

Il-proġetti tagħna


ghidhabilmalti.mt hu s-sit ewlieni tagħna, bil-kitbiet u n-noti li ntellgħu fuq il-media soċjali.


verb.mt hu proġett li għadna kemm bdejna, sit web iddedikat kollu kemm hu għall-konjugazzjoni ta' kull verb fil-forom kollha tiegħu.


qawl.mt hu proġett li għadu jibda wkoll, sit web li jiġbor għadd enormi ta' qwiel Maltin bit-tifsira tagħhom.

X'se tagħmlu bil-flus?

L-ewwel u qabelxejn, ser inħallsu tas-siti/domains ta' Għidha bil-Malti (għidhabilmalti.mt, verb.mt u qawl.mt). Fil-futur ser nippruvaw nużaw il-flus ukoll b'tali mod li ntejbu u nsaħħu s-servizzi li għandna, dejjem minn dak li jkun fadal wara li nkunu koprejna l-ispejjeż l-oħra.
Goals
$0 of $29.73 per month
L-ewwel għan tagħna hu li nilħqu 25 euro fix-xahar. Se jirnexxilna?
1 of 1

How it works

Get started in 2 minutes

Choose a membership
Sign up
Add a payment method
Get benefits